Clyde Puli jgħid li t-turnout baxx fl-10 distrett jista' jagħti indikazzjoni tar-riżultat

Jisħaq li l-PN ma telaqx mid-distakk tal-aħħar elezzjoni iżda minn dak ta' 70,000 li kienu qed ibassru s-sondaġġi

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista saħaq li t-turnout baxx fl-għaxar distrett jista' jkun indikattiv tar-riżultat.

Dan id-distrett jinkludi lokalitajiet tradizzjonalment Nazzjonalisti, fosthom Tas-Sliema u San Ġiljan.

Waqt li kien qed jiġi intervistat fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista, Puli saħaq li għalkemm għad ma hemm l-ebda indikazzjoni, it-turnouts jistgħu jitfgħu d-dawl fuq ir-riżultat.

Huwa saħaq li ukoll li aktar mid-distakk tal-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Nazzjonalista telaq għal dawn l-elezzjonijiet minn sondaġġi li kienu qed ibassru anke telfa ta' 70,000 għall-Partit Nazzjonalista.

Komplu segwu dan is-sit, hekk kif l-ewwel indikazzjoni tar-riżultat huwa wieħed imminenti.

More in Politika