'Il-PN se jitlef bil-kbir' - Schiavone jiddikjara telfa

L-eks Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone jgħid li ħafna Nazzjonalisti ma ħarġux jivvutaw

Id-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone
Id-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone

Hekk kif dalgħodu kompla l-proċess tal-għadd tal-voti ġewwa Naxxar, l-eks Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone għadu kif iddikjara 'telfa kbira' għall-Partit Nazzjonalista.

F'kitba fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu huwa qal li l-Partit Laburista huwa mistenni jagħmel rebħa kbira ħafna.

Minkejja dikjarazzjoni ta' Schiavone s'issa l-proċess tal-wiri tal-voti għadu ma bediex, hekk kif l-ewwel indikazzjonijiet definittivi huma mistennija li jitħabbra għal ħabta tad- 9:30-10:00 am.

 

Fil-kitba tiegħu, Schiavone qal li din it-telfa ġiet ikaġġunata minħabba li ħafna Nazzjonalista ddeċidew li ma joħorġux jivvutaw. "Il-Partit Laburista irnexxilu jimmobilizza lill-votanti tiegħu, saħaq Schiavonne. Minkejja li Schiavone daq l-irtirata huwa sostna li se jibqa' jagħt is-sostenn tiegħu lil Kap tal-Opożizzjoni Adrian Delia li skontu qed jagħti saħħtu kollu għall-partit u l-pajjiż.

Aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej.

More in Politika