32% vvutaw sas-2pm ... kważi daqs ħames snin ilu imma 20% inqas mill-2017

S'issa din iċ-ċifra għadha mhux uffiċjali hekk kif iċ-ċifra uffiċjali għadha ma ħarġitx 

Ritratt | Liam Carter
Ritratt | Liam Carter

Jidher, skont informazzjoni li għandu das-sit u li mhux uffiċjali, illi sas-sagħtejn ta' wara nofsinhar kienu vvutaw 32% ta' dawk li huma eleġibbli, jiġifieri dawk li kienu ġabru l-vot tagħhom. Dan il-persentaġġ ikopri l-voti tal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew. 

Ħames snin ilu, f'elezzjoni oħra tal-Parlament Ewropew sas-2:00p.m kienu vvutaw ftit inqas minn 34% jiġifieri 2% iktar mil-lum. 

Jekk iżda tqabbel dan il-persentaġġ ma' dan tal-elezzjoni ġenerali tal-2017 dan ifisser tnaqqis pjuttost kbir ta' 20%. Dakinhar sal-istess ħin kienu diġà vvutaw 52%.

 

More in Politika