Il-President u s-Sinjura Vella jixħtu l-vot tagħhom

Din hija r-raba' elezzjoni għall-Parlament Ewropew li qed issir Malta u l-ewwel darba li l-elezzjonijiet lokali qed isiru kollha f'salt

Il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Vella vvutaw aktar kmieni llum fl-iskola sekondarja taż-Żejtun.

Bħal kull lokalità, iż-Żwieten qed jivvutaw kemm għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u anke dawk tal-kunsilli lokali.

Intant, aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:00am, il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura Michelle Muscat ivvutaw f'Burmarrad.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia tefa' l-vot tiegħu għall-ħabta tad-disgħa' fis-Siġġiewi.

Din hija r-raba' elezzjoni għall-Parlament Ewropew li qed issir Malta u hija l-ewwel darba li l-elezzjonijiet lokali qed isiru kollha f'salt.

Intant, kważi 39,000 persuna baqgħu ma ġabrux il-vot tagħhom.

More in Politika