216-il immigrant jiddaħħlu Malta dalgħodu

Żewġ operazzjonijiet ta' salvataġġ fi-żona ta' salvataġġ ta' Malta ... 216-il immigrant salvat

Arkivji
Arkivji

Dalgħodu 216-il immigrant ddaħħlħlu Malta fuq id-dgħajjes tal-Forzi Armagi ta' Malta P52 u P21.

Jidher illi l-Forzi Armati ta' Malta kienu parti minn żewġ operazzjonijet ta' salvataġġ separati fi-żona ta' tiftix u salvataġġ ta' Malta. L-immigranti kienu fuq dinghies u sabu lilhom infushom f'diffikultajiet. 

Din hija waħda mill-akbar operazzjonijiet ta' salvataġġ li kellhom fuq idejhom il-Forzi Armati ta' Malta fl-aħħar xhur.

Il-Forzi Armati ta' Malta qalu illi fl-aħħar jumejn 12-il dgħajsa telqu mill-Libja mimlijin immigranti Tuneżini, Libjani u Alġerini hekk kif it-temp kien sabiħ. Dawn id-dgħajjes żbarkaw fi Sqallija, Sardinja u Lampedusa. 

 

More in Politika