'Żvilupp maħmuġ u jinten biex jitnaddfu l-provi dwar il-VGH' - Repubblika

Repubblika tiftaħ rikors il-Qorti wara storja fuq il-midja li qed tallega illi Ram Tumuluri qed jipprova jnaddaf il-provi billli llikwida disa' kumpaniji off shore relatati mal-VGH

Sri Ram Tumuluri
Sri Ram Tumuluri

Repubblika fetħu rikors fil-Qorti wara dak li sejħulu "żvilupp maħmuġ u jinten seba' pesti" biex Ram Tumuluri, l-wiċċ wara l-kumpanija Vitals Global Healthcare li l-Ultimate Beneficiary Owner tagħha għadna ma nafuhx sal-lum, inaddaf u jelimina l-provi. 

Huma kienu qed jirreaġixxu għal rapport ta' The Shift News li qed jallega illi Tumuluri poġġa id-disa' kumpaniji f'Jersey involuti fil-Konċessjoni tal-VGH, f'likwidazzjoni. 

Il-VGH kienu ingħataw konċessjoni ta' 99 sena illi permezz tagħha tliet sptarijiet ngħataw lilha b'xejn, ftit wara li l-Gvern kien għamel iktar minn €3 miljuni f'investiment. 

Repubblika qed tisħaq illi l-provi kollha u t-traċċi kollha jkunu ippreservati "fl-aħjar interess tal-ġustizzja, u issa jistgħu jifhmu aħjar għala l-persuni suspettati talbu xaharejn żmien (flok il-ġimgha li tagħtom inizzjalment il-Maġistrat Dr Zammit Stafrace) biex iwieġbu, u ċjoe, biex fil-frattemp tilħaq titnaddaf ix-xena tad-delitti kemm jista’ jkun." 

Ara wkoll hawnhekk: 

More in Politika