600 siegħa ta' xogħol bla ħlas għal tliet bouncers li sawtu żewġt irġiel f'Paceville

Il-każ immur lura għas-sena 2017 bil-filmat tal-ġlieda jqajjem furur fuq il-midja soċjali

Il-filmat tal-ġlieda inkwistjoni li kien ixxandar f'Lulju 2017
Il-filmat tal-ġlieda inkwistjoni li kien ixxandar f'Lulju 2017

Illum fil-Qorti tliet bouncers instabu ħatja li f’Mejju tas-sena 2017, weġġħu b’mod gravi żewġ irġiel f’Paceville. It-tliet irġiel ġew ordnati jagħmlu bejniethom 600 siegħa ta’ xogħol kommunitarju bla ħlas.

Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Joe Mifsud osserva li l-feriti ta’ wieħed mill-vittma kiienu jaqblu max-xhieda tiegħu, hekk kif dan kien xehed kif wieħed mill-bouncers fajjjarlu daqqa ta’ flixkun tal-ħġieġ mkisser, ieħor imbuttah u xi ħadd mhux magħruf nifidlu sikkina f’idejh. Kawża ta’ dawn il-ġrieħi wieħed mill-vittmi sofra ġrieħi ta’ natura gravi f’għajnejh u f’wiċċu.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li ma kien hemm l-ebda evidenza li l-irġiel kien qiegħdin jagħmlu xogħol ta’ bouncers hekk kif dan ma setax jiġi kkonfermat sempliċiment għaliex l-irġiel inkwistjoni kienu libsin ilbies skur u jinsabu barra d-diskoteki.Għalhekk dawn inħelsu mill-akkuża li kienu qed jagħmlu xogħol ta' bouncer mingħajr il-liċenzja neċċesarja.

Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti sabet l-erba’ irġiel ħatja li kkawżaw ġrieħi ta’ natura gravi fuq iż-żewġ vittmi. Huma ġew ordnati li jagħmlu bejniethom 600 siegħa ta’ servizz fil-komunità bis-siegħat jvarjaw bejn 150 siegħa u 250 siegħa.

Apparti minn dawn it-tliet irġiel ġew ordnati jħallsu € 588 għall-ispejjeż tal-Qorti u ordnati biex ma javviċinawx lill-vittmi.

L-ispettur Trevor Micallef ġie mexxa l-prosekuzzjoni.

More in Politika