Bet 365 se tespandi l-operat tagħha f'Malta

Operatur ewlieni tal-igaming mistenni jżid l-infrastruttura u riżorsa tiegħu f'Malta

Bet 365 waħda mill-akbar operaturi tal-imħatri u l-igaming se tkun qed tespandi l-operat tagħha f'Malta.

Fi stqarrija, kelliem għall-kumpanija qal li fid-dawl ta' diversi raġunijiet fosthom, Brexit il-kumpanija se tkun qiegħda tirriloka ċertu ammont ta’ xogħol minn Ġibiltà u għal Malta.

Bet 365 kienet ingħatat l-liċenzja biex topera F’Malta lura għas-sena 2015, minkejja dan, issa jidher li l-kumpanija se tespandi u żied fir-riżorsa u l-infrastruttura 

Madanakollu, il-kumpanija qalet li minkejja il-pjanijiet ta' rilokazzjoni parzjali għal Malta, Bet 365 xorta waħda se żżomm preżenza f’Ġibiltà.

Fl-istess stqarrija hi qalet li, “bħala parti mill-pjan strateġiku tal-kumpanija u biex niżguraw aċċess għas-suq komuni Ewropew, iddeċidejna li nżidu l-preżenza tagħna f’Malta.”

Kelliem għal Bet 365 żied jgħid li l-effetti ta’ inċertezza kkaġunati minn Brexit ħolqu Kliema ta’ ineffettivita u għalhekk il-kumpanija għandna l-intenzjoni li ttejjeb ċ-ċentru operattiv Malti tagħna.

More in Politika