'Mar jitħabbeb ma' Simon Busuttil biex isalva ġildu' - Muscat dwar Delia

Joseph Muscat iħeġġeġ lil Adrian Delia biex ma jafdax wisq lil Simon Bususttil ...

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat

Meta kien qed jitkellem ilejla fl-Imsida l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat sostna illi l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jrid jifhem u jieħu responsabilità u jiddeċiedi," sostna Muscat li fakkar illi Delia l-ewwel qal illi l-konklużjonijiet tar-rapport dwar Egrant, imbagħad mar jitħabbeb ma' Simon Busuttil. Huwa akkuża lil Delia illi għamel dan biex 'isalva ġildu'. "Lil Simon Busuttil kif ma fhadx il-poplu, oqgħod attent minnu tafdahx int."

Huwa għamel referenza għal rapporti li saru dwar Malta u dwar il-poteri lill-PM, u sostna li hu ma riedx aktar poteri lilu nnifsu. "Illum hawn ħafna checks and balances', qal Muscat fir-rigward ta' MEP Olandiż Pieter Omtzit li qal illi ma jieħux bi kbir jekk "jittraffika informazzjoni falza fuq Malta." Dan l-MEP bħalissa għaddej b'rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Muscat għamel referenza għall-proġett ta' flyover u proġett biex isir promenade isbaħ f'din il-lokalità wkoll. 

Huwa reġa ħeġġeġ lill-attivisti tal-partit biex jivvutaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista. 

More in Politika