Kważi 43,000 votant kienu għadhom ma ġabrux il-vot għall-elezzjoni tal-PE sal-bieraħ

Kważi 97,000 votant ma ġabrux il-vot tal-Elezzjoni għall-Kunsilli Lokali

Il-kaxxi li fihom se jintegħu l-voti qabel jibdew jingħaddu
Il-kaxxi li fihom se jintegħu l-voti qabel jibdew jingħaddu

Ċifri mogħtija lill-midja mill-Kummissjoni Elettorali juru illi sal-bieraħ kienu kważi 43,000 vot għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li baqgħu mhux miġburin, preċiżament 42,927 vot. 

Minn naħa l-oħra hemm mas-96,654 vot vot tal-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li ma nġabrux. Joseph Church, il-Kummissarju Elettorai Ewlieni, qal illi dawn in-numri mhuma xejn ta' barra minn hawn u jirriflettu n-norma f'dawn l-elezzjonijiet. Tajjeb wieħed jinnota illi għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali jivvutaw ħafna iktar barranin milli għal dik tal-Parlament Ewropew. 

Hu qal illi kien hemm persentaġġ għoli ta' votazzjoni fl-ewwel jumejn tal-votazzjoni, meta vvutaw dawk li se jkunu msefrin nhar is-Sibt kif ukoll dawk li se jkunu xogħol bħala Assistant Electoral Commissioners. 

More in Politika