Aktar minn €1 miljun ewro investiti fuq 32 blokka tal-housing f’Ħal Qormi

Il-blokok inkwistjoni jinsabu f’Ta’ Farsina, f’Ta’ Paskarella, fuq Tal-Blat, u dawk fl-inħawi ta’ ġnien De La Cruz f’San Bastjan.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes waqt il-konferenza tal-Aħbarijiet
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes waqt il-konferenza tal-Aħbarijiet

F’dawn l-ewwel sentejn tal-leġislatura l-gvern diġà investa aktar minn miljun ewro fuq 32 blokka f’Ħal Qormi. Ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari għall-Akkommodazzjoni Soċjali  Roderick Galdes li fiha ta d-dettalji ta’ dan l-investiment.

Dan l-investiment ta’ aktar minn miljun ewro mar f’manutenzjoni iżda wkoll rinnovar u tisbiħ tal-housing estates, li permezz tagħhom ibbenefikaw 336 familja. Ix-xogħlijiet kollha saru fuq l-ispazji tal-komun u l-bjut tal-binjiet.

“Dan hu programm ambizzjuż li nkunu rrinovajna u ħdimna fuq kull binja tal-gvern li għandna fil-pajjiż, xi ħaġa bla preċedent. Dan qed nagħmluh għax riġenerazzjoni ta’ housing estates tfisser kwalità ta’ ħajja aħjar għar-residenti u familji li jgħixu f’dawn il-binjiet,” spjega s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.

Il-blokok inkwistjoni jinsabu f’Ta’ Farsina, f’Ta’ Paskarella, fuq Tal-Blat, u dawk fl-inħawi ta’ ġnien De La Cruz f’San Bastjan.

More in Politika