Il-lukandi bi tnaqqis ta' 25,000 turist fl-ewwel xhur tal-2019

Ċifri tal-NSO juru kif l-akbar tnaqqis, kemm fit-turisti u anke ilejieli kien fost lukandi ta' tliet stilel

L-ewwel kwart tas-sena ma tantx kien tajjeb għall-lukandiera u dan hekk kif kien hemm tnaqqis fin-numru ta' ljieli li turisti qattgħu f'akkomodazzjoni kollettiva u stabbilimenti. Dan skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppublikati llum.

It-total ta' turisti fil-lukandi naqsu b'6.4% (-25,311) filwaqt li l-lukandi u l-akkomodazzjoni kollettiva fil-fatt raw tnaqqis ta' 8.2% (madwar -.317,000 lejl)

B'kollox il-lukandi kollha f'daqqa raw tnaqqis ta' 25,000 turist meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. L-akbar tnaqqis kien esperjenzat fost il-lukandi ta' tliet stilel. Fl-ewwel kwart tas-sena l-oħra dawn kellhom b'kollox 101,308 turisti filwaqt li fl-ewwel kwart ta' din is-sena kellhom 77,836 turist, jiġifieri tnaqqis ta' 23,472 turist.  

Il-lukandi ta' erba' stilel u ta' żewġ stilel raw żieda. 

It-tnaqqis fl-iljieli kien mifrux għalkemm mill-ġdid, l-akbar tnaqqis kien fil-lukandi ta' tliet stilel (-64,677 lejl). 

 

More in Politika