Il-Qorti ma tilqax talba biex ikunu mwaqqfa l-ħatriet tal-Gvern fil-Ġudikatura

...imma tiddeċiedi li tipposponi d-deċiżjoni biex dan il-każ ikun riferut għall-Qorti Ewropea għal referenza preliminarja

Il-membri tal-Ġudikatura li nħatru mill-Gvern
Il-membri tal-Ġudikatura li nħatru mill-Gvern

Il-Qorti m'aċċettatx talba tal-Għaqda non Governativa u politika Repubblika li ma jkunux maħturin iktar Maġistrati u Imħallfin sakemm tinstema' l-każwa li fetħu dwar il-ħatra tal-aħħar sitta minn nies fil-ġudikatura. Repubblika qed issejjaħ ukoll għal miżuri interim sabiex dawn is-sitt Maġistrati u Imħallfin li kienu maħturin mill-Gvern fl-aħħar ġimgħat ma jkunux mogħtija responsabilitajiet sakemm jinqata' dan il-każ. 

L-eks Kap tal-PN Simon Busuttil qed jisħaq illi ċittadini ordinarji għandhom kull dritt li jmorru quddiem Qorti nazzjonali u jitolbuha tieħu deċiżjoni skont il-liġi Ewropea. Hawnhekk it-talba għad-deċiżjoni qed isir fuq jekk il-Prim Ministru kisirx il-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura, jekk il-Qrati Maltin humiex qed jiddikjaraw is-sistema ta' ħatra ta' ġudikanti mill-Gvern irregolari, jekk hux qed tiddikjara is-sistema kurrenti nulla u jekk ħatriet futuri għandhomx ikunu bblukkati sakemm tittieħed deċiżjoni finali.

Il-Qorti, għalkemm ma ddeċidietx favur it-talba ta' Repubblika biex ikunu nullifikati l-ħatriet, qalet illi se tiddeċiedi f'data oħra dwar referenza tal-każ lill-Qorti Ewropea għal referenza preliminarja.  

Il-Qorti qalet hekk dwar it-talba ta' Repubblika: "In kwantu ghal interim measures, la darba l-Qorti fis-sentenza preliminari sabet li rrikorrenti ma għandhomx il-jedd biex iressqu l-azzjoni kif impostata minnhom ... ma jistghux jitolbu u jingħataw ebda interim measures. Huma biss liġijiet speċifiċi ohra li jagħtu dan id-dritt lil Qorti li taghti dawn il-miżuri."

Il-Qorti qalet hekk dwar referenza preliminarja lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja: "In kwantu għal preliminary reference mitluba, il-Qorti ħadet konjizzjoni tal-proċeduri u l-opinjoni tal-Advocate General tal-Kummissjoni fil-proċeduri ta’ ksur kontra l-Polonja (case C-619/18) u billi tqis li l-konsiderazzjonijiet fis-sentenza tal-Qorti Ewropea ... tqis li f’dan l-istadju mhux il-kaz li tilqa’ jew tiċħad it-talba iżda tirriserva li tieħu deċiżjoni dwarha fi stadju ulterjuri meta wkoll jibdew jinstemgħu l-provi fuq il-mertu tal-azzjoni odjerna.

Il-Gvern jilqa' d-deċiżjoni

​Intant fi stqarrija l-Gvern laqa' din id-deċiżjoni għaliex qal li "b’hekk is-sistema ġudizzjarja ta’ pajjizna ma tħallietx tiġi paralizzata."

"Il-gvern ser ikompli jsaħħaħ is-sistema tal-ħatriet tal-ġudikatura," sostna l-Gvern. 

"Il-gvern ser ikompli jaħdem biex isaħħaħ il-ġudikatura sabiex titħaddan il-ġustizzja b’mod effikaċi, u żżid il-membri tal-ġudikatura biex ikompli jitnaqqas id-dewmien tal-kawżi," temmet tgġid l-istqarrija. 

Imma x'inhi l-problema eżatt? 

Repubblika qed titlob illi, anke skont proposti tal-Kummissjoni Venezja, il-Maġistrati u l-Imħallfin ma jibqgħux ikunu maħturin mill-Gvern. Minkejja li din hija prassi politika, is-sistema qed tkun ikkritikata għaliex b'ħatriet mill-Gvern l-imparzjalità tal-ġudikatura qed tkun imtappna. 

Minkejja li l-Gvern għamilha ċara illi se jkun qed iwettaq dawn il-bidliet, huwa xorta għamel dawn is-sitt ħatriet. 

Fost dawk maħturin hemm il-Maġistrat Aron Bugeja, li issa sar Imħallef u li kien responsabbli mir-rapport dwar Egrant, Nadine Lia li saret Maġistrat u li hija t-tifla ta' Pawlu Lia, avukat tal-Prim Ministru, Joanne Vella Cushcieri li saret Imħallef u li fl-2013 kienet kandidata Laburista. Magħhom jingħaqdu Francesco Depasquale, Victor Axiak u Bridget Sultana. 

Ara hawnhekk ir-reazzjoni ta' Repubblika għall-istqarrija tal-Gvern

More in Politika