Investiment ta' €36 miljun sal-2022 fl-isport ... titħabbar l-Istrateġija Nazzjonali

Il-PM Joseph Muscat jgħid illi pajjiżna issa se jkun qed iħares lejn l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f'pajjiżna fl-2023

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima

L-Istrateġija nazzjonali tal-isport kienet mnedija illum bl-għanijiet tagħha jkunu li l-attività fiżika tkun integratra fil-ħajjiet tal-Maltin u li tkun inkoraġġuta ġenerazzjoni ta' atleti li jilħqu l-ogħla livelli u esperjenza f'avvenimenti internazzjonali. 

L-istrateġija se tinqasam fuq perjodu ta' 10 snin u sal-2022 se tkopri investiment ta' €30 miljun f'faċilitajiet sportivi u €6 miljuni f'taħriġ għall-atleti. Dan se jinkludi kowċis barranin li jiġu hawn Malta biex jitjieb il-livell fl-isports u atletika lokali. 

Dan huwa lil hinn mill-€11-il miljun lill-SportsMalta annwalment.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal illi t-tnedija tal-istrateġija tirrapreżenta ż-żerriegħa tal-frott li se jwassal għal titjib fil-kwalità, tibdil fil-mentalità u suċċessi barra mill-pajjiż. 

"Irridu riżultati pożittivi," sostna Grima.

L-istrateġija qed timbutta poplu li huwa aktar attiv u san, qed tistimula kultura ġdida ta' sport, qed ittejjeb il-kompetenzi, titrasforma lil Malta f'ċentru ta' eċċellenza sportiva u twassal għal suċċess f'kompetizzjonijiet internazzjonali. 

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi s-settur qed iħares lejn l-2023, is-sena illi matulha se jsiru l-logħob għall-pajjiżi ż-żgħar f'Malta. 

Il-PM Joseph Muscat jindirizza t-tnedija tal-istrateġija
Il-PM Joseph Muscat jindirizza t-tnedija tal-istrateġija

 

More in Politika