Raġel jaqa' tliet sulari wara li ċeda saqaf li kien qed jaħdem fuqu

Dan huwa t-tieni inċident f'sit ta' kostruzzjoni li seħħ lllum wara li raġel ieħor jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident f'Ħal Qormi

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' madwar tliet sulari meta ċeda saqaf li kien qed jaħdem fuqu.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-ħdax u nofs ġewwa Triq Spinola, San Ġiljan.

Ir-raġel, Taljan ta' 37 sena, ittieħed Mater Dei biex jingħata l-kura.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Dan huwa t-tieni inċident f'sit ta' kostruzzjoni li seħħ lllum wara li raġel ieħor jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident f'Ħal Qormi.

More in Politika