'Iż-żejt li ħiereġ fil-baħar ta' Birżebbuġa ilu fil-blat għal ħafna snin' - Enemed

Il-kumpanija kompliet tispejga kif għalkemm din is-soluzzjoni naqqset il-problema, lejn l-aħħar tas-snin 90, reġa’ beda ħiereġ iż-żejt

Irqajja kbar ta' żejt fiż-żona ta' Dawret il-Qalb Imqaddsa, Birżebbuġa
Irqajja kbar ta' żejt fiż-żona ta' Dawret il-Qalb Imqaddsa, Birżebbuġa

Fi stqarrija wara l-istorja tal-illum.com.mt dwar żejt li qed inixxi fil-baħar ta' Birebbuġa Enemed sostniet illi għandha pjan li qed issegwi biex l-iskular ta' fjuwil, "riżultat ta' inċidenti fl-impjant li seħħew numru ta' snin ilu," jitwaqqaf b'mod definittiv. Pjan li se jwassal biex is-sit preżenti jieqaf jintuża fl-aħħar ta' din is-sena u jinbeda proġett biex jiżżarmaw it-tankijiet segwit minn progett ta' dekontaminazzjoni tas-sit."

L-Enemed qalet illi tinsab f'qagħda li tikkonferma li t-tankijiet li qed jintużaw illlum mhumiex il-kawa tal-iskular ta' fjuwil għal ġol-baħar, iżda dak li qed joħroġ huwa fjuwil li ilu jinsab fil-blat għal ħafna snin. 

L-istqarrija kompliet tgħid illi l-installazzjoni fejn tinżamm il-ħażna tal-fjuwils, ta’ Petrol, diesel u Jet A1, inbniet mill-kumpanija Shell 100 sena ilu. "Dak iż-żmien, l-ambjent ma kienx jingħata l-attenzjoni li jingħata llum. Filfatt il-qiegħ ta’ tankijiet kien mibni dirett fuq il-blat."

"Matul iż-żmien kien hemm diversi inċidenti ta’ ħruġ ta’ żejt minn dawn it-tankijiet, bl-iktar wieħed magħruf hu meta ekx impjegat għamel bomba ma' tank u ż-żejt kollu maħżun spiċċa ħareġ barra. Ħafna minn dan iż-żejt," kompliet tgħid il-kumpanija, "skula fil-blat u biż-żmien beda’ jispiċċa fil-baħar. Sabiex jippruvaw iwaqqfu iż-żejt, il-kumpanija Shell ħaffret trinka mal-baħar faċċata tal-installazjoni biex kull żejt li joħroġ ikun jista’ jiġi miġbur qabel jispiċċa l-baħar."

Il-kumpanija kompliet tispejga kif għalkemm din is-soluzzjoni naqqset il-problema, lejn l-aħħar tas-snin 90, reġa’ beda ħiereġ iż-żejt. "Għall-ewwel il-Korporazzjoni Enemalta ħaffret trinka simili bħal ta’ Shell, u għalkemm il-problema naqset, ma ssolvitx għal kollox.

Kien għalhekk, li tqabbdet kumpanija Taljana (ECON) biex tagħmel studji halli tidentifika dawk il-“pockets” taħt l-art fejn kien hemm iż-żejt maqbud. Dan l-istudju ġie konkluż f’Novembru 1999. Mir-rapport, minbarra li ġew identifikati is-siti fejn kien hemm konċentrazzjoni ta’ żejt, ġie konkluż ukoll li dan iż-żejt jiskula skond il-livell tal-bahar (meta l-baħar ikun baxx u li ż-żejt jimxi fil-blat skond il-movimenti tal-ilma baħar li jgħaddi minn ġol-blat.

Il-Korporazzjoni fuq rakkomandazzjoni tal-esperti, bniet dak li jissejjah “Bio Slurping Plant” fl-installazjoni bil-għan li ż-żejt jinqabad f’postijiet strateġiċi u jkun jista’ jinġabar faċilment. Dan l-impjant tlesta fit-2001 u għal kwazi sentejn kien jinġabar ammont kbir ta’ żejt. Minn dakinhar sal-llum, dan l-impjant għadu jitħaddem pero l-likwidu li jinĠabar jikkonsisti f'ilma bi traċċi żgħar ħafna ta’ żejt u ħafna drabi ikun ilma baħar biss.

More in Politika