Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa' f'sit ta' kostruzzjoni

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' f'sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa u nofs 

Jidher li raġel barrani, li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa, tilef il-bilanċ u waqa’ mal-art f’din is-sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu lill-vittma l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. C. Galea LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Politika