Lowell ifakkar lil Muscat fuq il-pushback u Cacopardo jfakkar lill-Lowell fuq il-paroli vojt

Lowell mistieden fuq ix-xandir nazzjonali mal-mexxejja tal-partiti ż-żgħar u jiftħilha kontra l-Prim Ministru

Norman Lowell, ilejla fuq ix-xandir nazzjonali waqt dibattitu mal-mexxejja tal-partiti ż-żgħar fetħilha bil-qawwi kontra Joseph Musat li fl-aħħar jiem ikkritika lill-Kandidat ta;-Imperium Europa. Lowell sostna illi Muscat "ħareġ ipeċlaq u jagħti l-lezzjonijiet fuq il-moralità."

Il-PM Joseph Muscat kien ċar kontra l-użu ta' mibgħeda u kkritika lil dawk li joqgħodu jaraw nies fuq it-TV (ma semmiex lil Lowell b'ismu) jagħmel il-buffunati. Muscat tefa' parti mit-tort għall-qtil ta' Lassana Cisse Souleymane fuq l-użu tal-lingwaġġ ta' mibgħeda tal-lemin estrem. 

Ara hawnhekk l-editorjal tal-gazzetta ILLUM dwar is-suġġett

"Fejn kont meta nies sfaw vittmi ta' attakki minn immigranti?" staqsa Loweell li temm jgħid illi l-PM "kien kontra ż-żwieġ bejn l-omosesswali u kien favur il-pushback, biex tara kemm hu affidabbli dak li jgħid il-PM."

Huwa rabat il-paġna ta' Facebook taż-żewġ akkużati bil-qtil tal-immigrant mal-Partit Laburista. 

Ic-chairperson tal-Alternattiva Demokratika iżda fakkar lil Lowell fil-lingwaġġ li kien juża fil-passat. Fakkru illi kien jgħid illi għandna ngħerrqu d-dgħajjes bl-immigranti u fakkru illi kien jgħid illi persuni suwed huma inqas intelliġenti. 

"Id-demm tal-aħħar xhur sar sforz il-ħafna paroli fil-vojt tal-passat," temm jgħid Cacopardo. 

More in Politika