Il-baħar f'Birżebbuġa jerġa jbiddel il-kuluri hekk kif jimtela' biż-żejt

Ilmenti minn residenti ta' Birżebbuġa dwar ħruġ ta' żejt fil-baħar u rwejjaħ fl-aħħar xhur ... il-PM Joseph Muscat kien għamel referenza għal din il-problema ambjentali serja

irqajja kbar ta' żejt fiż-żona ta' Dawret il-Qalb Imqaddsa, Birżebbuġa
irqajja kbar ta' żejt fiż-żona ta' Dawret il-Qalb Imqaddsa, Birżebbuġa

Għal darb'oħra r-residenti ta' Birżebbuġa qed ikollhom jaraw parti mill-baħar li jdawwar din il-lokalità jimtela' biż-żejt. 

Resident li ħa ritratt tal-baħar dalgħodu lmenta kif għal darb'oħra, din id-darba fiż-żona tal-Bajja ta' San Ġorġ, il-baħar biddel il-kulur hekk kif reġa nixxa aktar żejt mill-blat, problema rikorrenti u xi ħaġa li bosta residenti ilhom igergru dwarha. 

Tant hu hekk illi meta il-PM Joseph Muscat żar Birżebbuġa ġimgħatejn ilu, bħala parti mill-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, sostna illi huwa konxju ta' din il-problema u wiegħed li ser isolviha. 

Diversi residenti li joqgħodu mad-dawra tax-Xatt, mat-tTriq Dawret il-Qalb Imqaddsa ilhom issa ftit żmien mhux ħażin igergru dwar dan iż-żejt kif ukoll dwar irwejjaħ qawwijin maż-żona. 

Din il-problema mhux xi ħaġa ta' issa jew xi ħaġa ġdida, għalkemm fl-aħħar xhur jidher li reġgħet qamet b'saħħa b'aktar żejt jinfirex mal-ibħra tal-madwar. 

More in Politika