Aġġornata | 'L-Għawdxin tas-second hand' - Chris Said dwar ir-raba' vapur t'Għawdex

Chris Said jikkritika l-fatt li l-vapur li nkera għandu 32 sena, jiġifieri 11-il sena aktar mill-aktar vapur antik tal-Gozo Channel

Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said fetaħ il-kanuni kontra l-vapur li ġie mikri biex jiżdied mal-flotta tal-Gozo Channel.

Fuq Facebook, Said saħaq li issa ġie kkonfermat li l-vapur għandu 32 sena u kien għalhekk li staqsa jekk Għawdex u l-Għawdxin sarux tas-second hand u tal-iskadut. Aktar tard, saħanistra ppubblika ritratt li juri l-vapur qabel ingħata ż-żebgħa.

Chris Said insista li filwaqt li qed jingħad li l-vapuri eżistenti se jinbidlu fi żmien għaxar snin, meta jagħlqu 30 sena, inġab vapur li huwa 11-il sena ixjaħ mill-eqdem vapur tal-Gozo Channel.

Ir-ritratt li ppubblika Chris Said
Ir-ritratt li ppubblika Chris Said

Dan li jistgħu joffru lil Għawdxin? Gvern tal-PN bena tlett vapuri ġodda fjamanti meta kien hemm il-bżonn. Għaliex ma nġabx vapur ħdid jew almenu kważi ġdid? Ghawdex u 'l Għawdxin tas-second hand u tal-iskadut?”, staqsa Said.

Saħaq ukoll li jidher li l-vapur inkera b' dak li jissejjaħ'wet lease' jigifieri bl-ekwipaġġ b' kollox

“Dan insult għall-ħaddiema Għawdxin li għandhom l-esperjenza mal-Gozo Channel u fuq il-vapuri. Din it-tip ta' kirja ser teffettwa bl-ikrah lill-ħaddiema eżistenti speċjalment lil dawk li ddaħħlu qabel l-elezzjoni bil-wiegħda li ser isiru tal-fiss mal-Gozo Channel fi żmien qasir,” kompla Said.

More in Politika