Approvata applikazzjoni biex jirdoppjaw il-gaġeġ tat-tonn fil-Mellieħa

Il-gaġeġ tat-tonn se jirdoppjaw iżda l-ammont ta' ħut li jista' jinżamm se jibqa' l-istess 

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-applikazzjoni għall-estensjoni ta' fish farm temporanju eżistenti li jinsab madwar ħames kilometri 'l barra mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar.

Minkejja li se tkun qed tiżdied iż-żona, l-għadd ta' tonn li jista' jinżamm mhux se jkun qiegħed jiżdied.

Preżentament, f'din iż-żona hemm żewġ instalazzjonijiet ta' sitt gaġeġ kull waħda li jinsabu viċin xulxin u li qed jużaw l-istess żona ta' baħar.

Wara l-approvazzjoni, il-gaġeġ se jkunu qed jiżdiedu minn 12 għal 24. 

L-għan tal-proġett huwa li l-ispazju fil-gaġeġ jiżdied biex ikun jista' jilqa' aħjar għall-kwota tat-tonn.

Il-proġett kien irrakkomandat għall-aprovazzjoni mill-uffiċjal tal-każ u kien rappreżentant wieħed ta' NGO ambjentali li vvota kontra.

More in Politika