Busuttil jgħid lil Muscat biex jieqaf jagħmilha tal-vittma

Appella lil Muscat biex  jieqaf jagħmilha tal-vittma, jippubblika r-rapport u jħalli lin-nies jiddeċiedu

L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qal lill-Prim Ministru li wasal iż-żmien biex jieqaf jilagħbha tal-vittma dwar il-kumpanija Egrant.

Fuq Twitter, wara li dalgħou l-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet it-talba ta' Adrian Delia għall-pubblikazzjoni tar-rapport sħiħ dwar l-inkjesta Egrant, Busuttil saħaq li għal Muscat li wieħed jiftaħ kumpanija fil-Panama ma fiha xejn ħażin.

"Kieku għalih kienet ħażina, kien ikeċċi l-aktar membri tal-Kabinett viċini tiegħu u hu kien jitlaq magħhom," saħaq Busuttil.

Kien hawn li temm jappella lill-Prim Ministru biex jieqaf jagħmilha tal-vittma, jippubblika r-rapport u jħalli lin-nies jiddeċiedu.

Aqra wkoll:

 

More in Politika