'Il-bailouts għal ħaddieħor kienu aħna mhux se nfallu żgur' - Muscat

Il-Prim Ministru kien qiegħed jitkellem f’attività politika f’Birkirkara

Il-PM u Mexxej Laburista Joseph Muscat
Il-PM u Mexxej Laburista Joseph Muscat

Waqt li kien qiegħed jitkellem f’attività politika f’Birkirkara, il-Prim Ministru Joseph Muscat irrimarka li, "l-bailouts għal ħaddieħor kienu, aħna mhux se jfalli żgur.’

Muscat sostna li s-suċċess ta’ pajjiżna ma kienx biss limitat għat-tkabbir ekonomiku, hekk kif għar-raba’ sena konsekuttiva pajjiżna reġa' ġie ddikjarat l-aktar pajjiż ugwali fl-Unjoni Ewropea. “Minkejja dan xorta fadal xi jsir," qal Muscat.

Apparti minn din id-dikjarazzjoni, Muscat reġa' tenna li l-ogħla prijorità tal-poplu Malti u Għawdxi issa kienet il-kwalità tal-ħajja. Huwa stqarr li kkonferma din il-prijorità wara l-ammont ta’ kummenti pożittivi rigward l-estensjoni tal-park ta' Ta' Qali. 

“Naħseb f’dawn is-sitt sni kelli ċans li nagħmel numru kbir ta’ tħabbirijiet iżda qatt ma esperjenzajt ir-reazzjonijiet li rajt għal din it-tħabbira. Dan huwa li dak li għandu bżonn il-pajjiż,” qal Muscat.

Il-Prim Ministru sostna li din kienet għalih lezzjoni kbira hekk kif skontu l-prijorità tal-Maltin u l-Għawdxin hi li jkollhom postijiet fejn jgħaddu l-ħin f’mod ġenwin u seren.

Fl-istess diskors Muscat reġa’ tkellem dwar diversi proġetti futuri li l-Gvern se jkun qed jaħdem fuqhom fil-futur, fosthom, iċ-ċekjatur tal-lingwa Maltija u l-pjan sabiex it-trasport pubbliku jkun bla flus għal kulħadd. Fuq din tal-aħħar, Muscat qal li d-deċiżjoni tal-Gvern sabiex il-politika tiegħu fuq il-problema tat-traffiku tadotta miżuri ta’ inkoraġġiment u mhux kastigi, turi l-idejal tal-Gvern Laburista. 

More in Politika