Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Imma min qed jigdeb dwar il-vot fi Brussell? Casa jgħid li huwa l-PL u b'mod 'faħxi'

David Casa jwieġeb u jsostni illi hu, flimkien ma' Metsola u Zammit Dimech ivvutaw kontra rapport biex it-tassazzjoni ma tibqax responsabbilità tal-Gvern Nazzjonali

Albert Gauci Cunningham / 11 ta' Mejju 2019 17:39
David Casa
Wara l-konferenza tal-Aħbarijiet tal-Partit Laburista u l-akkużi tal-Miriam Dalli illi l-MEPs tal-PN ivvutaw biex it-tassazzjoni ma tibqax materja nazzjonali, l-MEP tal-PN David Casa sostna li t-tliet MEPs ivvutaw kontra r-rapport, mhux favur kif implikat Dalli. 

                                            Ara hawnhekk x'qalet Miriam Dalli

Fil-fatt Casa għandu raġun u m'għandux. Għandu raġun għaliex fil-fatt huwa vera li l-PN ivvota kontra dan ir-rapport u allura, effettivament dak kollu li kien qiegħed jippropo0ni, inkluż propost ta' tassazzjoni. M'għandux raġun għaliex fuq l-emenda partikolari biex it-tassazzjoni tibqa' fil-poteri nazzjonali vvutaw kontra wkoll. 

"Ir-rapport li qed jagħmlu referenza għalih l-MEPs tal-Partit Soċjalista huwa rapport li l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista vvutaw kontrieh, mhux favurieh. Sempliċi riċerka fuq is-sit tal-Parlament Ewropew tikkonferma dan. Jiġifieri dak li qed jgħidu l-MEPs tal-Partit Laburista hi gidba faħxija,"sostna Casa. 

Il-Partit Laburista ma meriex il-fatt li David Casa, Francis Zammit Dimech u Roberta Mestola vvotaw kontra r-rapport iżda sostnew li l-fatt li vvotaw kontra l-emenda partikolari "heddew l-impjiegi ta' eluf ta' Maltin u Għawdxin. Inutli jgħidu x'għamlu fl-aħħar tar-rapport ladarba bil-vot tagħhom waslu biex dak ir-rapport kien ħażin għal pajjiżna."

"LMEPs tal-Partit Laburista huma mexjin fuq l-eżempju tal-Mexxej tagħhom, li jħawwad meta jkun f'dibattitu, meta waqt id-dibattitu ta' Xarabank tal-bieraħ, reġgħu tħawdu u tgerfxu fuq voti tal-Parlament Ewropew.

L-uniċi MEPs li huma favur li jkun hemm sistema waħda ta' taxxi fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea huma l-MEPs Soċjalisti. Dan ġie kkonfermat kemm fil-programm elettorali tal-Partit Soċjalista kif ukoll mill-wegħda tal-kandidat tas-Soċjalisti Ewropej għal President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans."

"Huwa ċar li l-Partit Soċjalista Malti tgerfex bi kbir wara li nqabad li qed jappoġġja manifest elettorali li se jneħħi d-dritt ta' pajjiżna li niddeċiedu aħna dwar it-taxxa. Ikun aħjar li flok ikomplu jitgerfxu, l-MEPs imorru fil-grupp Ewropew tagħhom u jippruvaw jikkonvinċuhom li dak li qed iwegħdu se jagħmel ħsara kbira lil pajjiżna," temm jgħid Casa. 

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook