Dalli takkuża lill-Metsola, Casa u Zammit Dimech li vvutaw biex ikissru l-ekonomija Maltija

Miriam Dalli lbieraħ żvelat kif it-tliet MEPs tal-PN ivvutaw biex is-sistema ta' tassazzjoni ma tibqax tiġi deċiża b'unanimità, iżda b'maġġoranza li allura jitfa' lil Malta fi żvantaġġ ikrah

Miriam Dalli u Roberta Metsola
Miriam Dalli u Roberta Metsola

Il-Membru tal-Parlament Ewropew tal-Partit Laburista Miriam Dalli ilbieraħ żvelat numru ta’ voti illi bihom l-Ewroparlamentari David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech, Dalli qalet illi “ħadmu kontra l-interess ta’ Malta.” 

Dawn kienu voti li ttiehdu f’Marzu li għadda, b’konsegwenza u kienu jirrigwardaw is-sistema ta’ tassazzjoni ta’ pajjizna.

Waqt dibattitu f’Xarabank nhar il-Ġimgħa filgħaxija, Miriam Dalli ppreżentat dokumenti li juru kif id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista vvutaw. Għal dan il-fatt, Roberta Metsola rrispondiet biss li “gidba” filwaqt li fl-ebda ħin ma kkuntrarjat jew spjegat il-vot tagħha."

“Emenda 18 li vvutajna fuqha fil-Parlament Ewropew titlob li jkun protett id-dritt ta’ pajjizi zgħar bħal Malta li jkollu vot daqs pajjizi kbar f’sistema importanti bħalma hi t-tassazzjoni. Kif jivvutaw it-tlett MEPs tal-Partit Nazzjonalista? Jivvutaw kontra. Malta jghidu mod, imorru fi Brussel u jaghmlu mod iehor,” qalet Miriam Dalli waqt Xarabank filwaqt li ppreżentat id-dokument li kien jelenka kif ivvutaw l-MEPs.

Miriam Dalli spjegat kif fis-26 ta’ Marzu li ghadda, il-Parlament Ewropew ivvota fuq rapport dwar kwistjonijiet ta’ tassazzjoni. Fost l-emendi li l-MEPs ntalbu jivvutaw fuqhom kien hemm emenda li speċifikament titlob ghall-protezzjoni tal-unanimità meta jiġu għall-voti dwar kwistjonijiet ta’ tassazzjoni.

Din kienet ipprezentata mill-grupp politiku GUE.

Għalhekk din l-emenda kienet favur il-vot unanimu. Vot unanimu fil-Kunsill Ewropew ifisser illi kull pajjiz irid jaqbel mad-decizjonijiet li jittiehdu fuq tassazzjoni. Jekk ikun hemm pajjiż wiehed li ma jaqbilx, huwa min huwa, il-proposta jew dik id-decizjoni ma tidholx fis-sehh.

L-emenda numru 18 tiddeskrivi l-principju tal-unanimità bhala “l-aħħar difiża tal-interess nazzjonali” u żżid illi dan il-principju jżomm lil kull pajjiz – kbir jew żgħir – fuq l-istess livell. L-emenda żżid tgħid illi jekk dan il-prinċipju jitneħħa, jkun hemm żbilanċ fit-teħid tad-deċiżjonijiet fejn min hu l-aktar b’saħħtu jirbah dejjem.”

Iżda filwaqt li għal din l-emenda, id-delegazzjoni tal-Partit Laburista vvutat favur, id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista vvutat kontra.

F'konferenza tal-Aħbarijiet dalgħodu wkoll Dalli sostniet illi l-MEPs Nazzjobaliosti qed jimminaw l-ekonomija ta' pajjiżna. 

Silvio Schembri sejjaħ dak tal-lum bħala 'ġurnata sewda' għall-ekonomija. 

 

More in Politika