Żewġ żgħażagħ akkużati li aggredew b’sikkina u serqu żagħżugħ ta' 16 -il sena

L-inċident seħħ ix-xahar illi għadda f'Ħal Tarxien

Żewġ żgħażagħ barranin li għandhom 16 u 17 -il sena, tressqu quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea akkużati b’serq aggravat u li kienu qed iġorru skieken fil-pubbliku mingħajr il-permess neċessarju mill-Pulizija.

Il-każ immur lura għax-xahar illi għadda, meta għal ħabta tad-9:30 pm, l-akkużati allegatament serqu xi flus u mobile minn għand żagħżugħ ieħor ta’ 16 -il sena f’Ħal Tarxien.

Wieħed mill-akkużati wieġeb mhux ħati filwaqt li l-ieħor wieġeb ħati għal-akkużi miġjuba kontrih. Dan tal-aħħar tpoġġa fuq probation għal tliet snin.
L-ispettur Fabian Fleri u Lydon Zammit mexxew il-prosekuzzjoni.

L-avukat Charmaine Cherrett u Christopher Chircop dehru għal akkużati li t-tnejn li huma jgħixu ġewwa ċentru miftuħ ta' Ħal Far.

More in Politika