'Laburist imġiddem...ħmieġ' - ittra anonima lill-Kandidat tal-PL Għawdxi

Ittra anonima mimlija tgħajjir mibgħutha lill-kandidat tal-Partit Laburista fil-Qala

Joseph Galea
Joseph Galea

Il-Kandidat Laburista għall-Qala Joseph Galea, irċieva ittra anonima mimlija kliem ħażin u tgħajjir. Galea tella din l-ittra u sostna li l-għażla li għamel f'ħajtu dejjem għamilha b'kuraġġ u konvinzjoni. "L-għażla li nikkontesta għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Qala qed tlaqqagħni ma' ħafna esperjenzi pożittivi. Ittri anonimi bħal dawn mhumiex se jaqtgħuli qalbi. Lill-Prim Ministru gidbu fuqu, fuq uliedu u fuq familtu u baqa' sod. Hekk se nagħmel jien. Determinat aktar minn qatt qabel sabiex inkompli naħdem fl-interess tal-Qalin!" 

Il-Qala huwa wieħed minn dawk il-lokalitajiet Għawdxin fejn il-maġħġoranza inqalbet għall-kollox u minn lokalità b'maġġoranza Nazzjonalista saret lokalità b'maġġoranza Laburista. 

(Nhar il-Ħadd li ġej il-gazzetta ILLUM tippublika l-aħħar minn serje ta' artiklu dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali)

More in Politika