Stellini jgħid li tal-Life Network ħallewh barra ... jisħaq li hu kontra l-abort

Il-Fondazzjoni Life Network ppubblilkat it-tweġibiet tal-kandidati dwar l-abort ... David Stellini jisħaq li ħallewh barra

Il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista David Stellini saħaq li minkejja li hu wieġeb il-kwestjonarju tal-Fondazzjoni Life Networkk, fir-riżultati ppubblikati llum, l-istess fondazzjoni nesiet tinkludih ma' dawk il-kandidati li wieġbu l-mistoqsijiet mibgħuta.

Fil-fatt, Stellini deher bħala l-uniku Kandidat Nazzjonalista li ma weġibx dawn il-mistoqsijiet li kienu jitrattaw l-abort fost suġġetti oħra.

Il-kandidat Nazzjonalista insista li hu wieġeb il-mistoqsijiet u f'kuntatt li għamel ma' dan is-sit saħaq li hu jibqa' dejjem kontra l-abort.

Aqra aktar dwar il-kwestjonarju mibgħut mill-Fondazzjoni u kif wieġbu l-kandidati.

More in Politika