Raġel suspettat li għandu rabtiet mal-Mafja se jkun estradit minn Malta għal Sqallija

Ir-raġel, segretarju ta' kumpanija Maltija tal-gaming qed ikun akkużat li ħasel flus mafjużi 

Il-Qorti ddeċidiet li raġel Sqalli suspettat li għandu rabtiet mal-mafja se jkun estradit lejn l-Italja biex jiffaċja akkużi dwar il-kriminalità organizzata.

Ir-raġel, segretarju ta’ kumpanija Maltija tal-gaming, kien arrestat ftit tal-jiem ilu wara li nħareġ Mantar ta’ Arrest Ewropew kontrih, wara suspett li ħasel flus mafjużi.

Jekk ma jappellax, is-suspettat se jkun estradit lejn l-Italja fejn jista’ jiffaċja sa 7 snin ħabs talli pparteċipà fi kriminalita organizzata.

More in Politika