L-avventura ta' Michela f'Tel Aviv tibda llum

Michela tħalli Malta lejn Iżrael biex tirrappreżenta lil pajjiżha fl-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest

Wara ġimgħat sħaħ ta' preparazzjoni, l-avventura ta' Michela Pave f'Tel Aviv tibda llum hekk kif ħalliet Malta lejn Iżrael biex tieħu sehem fl-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Michela, ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta se tkun qed tieħu sehem fit-tieni semifinali ta' nhar il-Ħamis 16 ta' Mejju.

Hija se tkanta fil-11-il post.

Ħafna huma eċitati u mimlija kurżità dwar l-ispettaklu li l-Maltin se jkunu qed joffru fuq il-palk, hekk kif sa issa ftit li xejn nafu dwar min se jkun qed jakkumpanja lil Michela fuq il-palk jew inkella x'se tilbes.

 

More in Politika