'Aħna rridu l-aħjar għall-Maltin u m'għandniex niddejqu ngħidu dan' - Muscat

Il-Prim Ministru Muscat kien qed jitkellem f'attivita politika f'Ħal Għaxaq

Il-Prim Ministru Joseph Muscat
Il-Prim Ministru Joseph Muscat

Fid-diskors tiegħu waqt attività politika f'Ħal Għaxaq, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li "m'għandniex għalxiex niddejjqu ngħidu li aħna rridu l-aħjar għall-Maltin."

Hu sostna li, "aħna rridu l-aħjar għall-Maltin, m'għandna niddejjqu xejn ngħidu dan. Dak ix-xogħol li l-Maltin m'għandhomx kwalifiki biex jagħmluh, jiġu l-barranin għalih. Dak ix-xogħol li l-Maltin m'għadx irridu jagħmluh, irrid issir minn xi ħadd," saħaq Muscat.

Muscat qal ukoll li ħadd ma jista’ jwaqqaf lil Ewropej jiġu jaħdmu Malta għaliex dan hu dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea.

"Dik hi parti mir-regoli li ftehmna dwarhom 15 -il sena ilu," beda biex jgħid Muscat, “ħafna mill-barranin li jgħixu f’pajjiżna huma ġejjin mill-pajjiżi tal-UE, sostna l-Prim Ministru,

Huwa qal li r-retorika u l-idea tal-oppożizzjoni dwar kwoti li jillimitaw kemm jiġu barranin jaħdmu f'pajjiżna hi ‘inkwetanti’ u skontu l-aħħar pajjiż li adotta l-istess retorika, l-Ingilterra, spiċċa bit-taħwida ta' Brexit

Fuq l-istess suġġett, Muscat qal li illum qed jiġu l-barranin f'Malta, għaliex hawn ix-xogħol u mhux biex jieħdu x-xogħol. “Meta ma kienx hawn xogħol ma kienux jiġu,” saħaq Muscat.

Kompla jgħid li għandu jiġi emfasizzat li għalkemm kull xogħol fih tiegħu, kulħadd ikun jixtieq li ibnu jew bintu jkollhom xogħol tajjeb.

"Tkun għamilt ħajtek kollha titgħallem, imbagħad tippretendi li bintek jew ibnek ikollu xogħol tajjeb. Li jkun hu l-imgħallem," qal Muscat.

Fuq il-kwistjoni tal-faqar f’pajjiżna il-Prim Ministru sostna,"li l-Gvern ta’ qabel kien jgħid li m’hawnx faqar, aħna ngħidu li jeżisti. Meta tirekonixxi l-problema tkun tista’ tibda ssolviha."

Apparti minn dan huwa staqsa lin-nies preżenti, "min taħsbu li jista’ jsolvi problema tal-faqar min m’għamel xejn f’25 sena jew min mill-ewwel wera rieda?"

Muscat tkellem ukoll fuq il-qasam tal-isport, fejn reġa’ insista li Malta għanda tagħmel il-pass li jmiss f'dan ir-rigward u tibda tikseb rikonoxximent internazzjonali.

More in Politika