'Min m’għandux fiduċja f’pajjiżna għax qiegħed fl-oppożizzjoni għandu sens ta’ inferjorità’

Waqt konferenza tal-aħbarijiet miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, l-MEP Dalli tgħid li l-Partit Laburista dejjem baqa' konsistenti

Dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, l-MEP Laburista Miriam Dalli saħqet li, “minn m’għandux fiduċja f’pajjiżna, sempliċiment għax il-partit tiegħu mhux qiegħed fil-Gvern, iżda fl-oppożizzjoni, ikollu sens ta’ inferjorità li sfortunatament jipprova jagħmel ħsara lin-nies tagħna u lil pajjiżna.

Dalli żiedet tgħid kif, il-Partit Laburista dejjem żamm il-konsistenza tiegħu kemm meta kien fl-oppożizzjoni kif ukoll meta kien fil-Gvern.

Għalhekk, skont l-MEP Laburista, din għanda tkun ir-raġuni prinċiparja għaliex għandek tivvota għall-kandidati kollha tal-PL.

Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis, saħaq li l-politika ta’ dan il-Gvern fil-qasam soċjali turi ħidma ta' rekords varji, fosthom il-baġit ta’ din is-sena li żied in-nefqa f'dan il-qasam b’50%.

Decelis semma' diversi proġetti fil-qasam soċjali li l-Gvern għamel fi żmien riċenti fosthom, għadd ta’ djar fil-kommunità għal nies b’diżabbiltà u l-proġett li ġie mħabbar reċenti,i ta’ 1,080 appartament ġdid f’38 sit differenti madwar Malta.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, il-Kandidata għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-PL, Josianne Cutajar, qalet li dan huwa Gvern li ma joqgħodx kwiet, u li minkejja kull t-tragward li jkun kiseb, ikompli jaħseb kif se jġib il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin 'il quddiem.

Skonta, id-diskors tal-Prim Ministru ilbieraħ kien wieħed li espona l-viżjoni ttiegħu u tal-moviment.

More in Politika