Darmanin Demajo jħabbar li mhux se jerġa jikkontesta

Norman Darmanin Demajo ilu President tal-MFA sa mill-2010

Norman Darmanin Demajo
Norman Darmanin Demajo

Il-President tal-Malta Football Association (MFA) Norman Darmanin Demajo għadu kemm ħabbar illi mhux se jikkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija tal-MFA li se ssir f'Lulju li ġej. 

Darmanin Demajo ilu President tal-MFA mill-2010 meta fil-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ dakinhar rebaħ lill-Joe Mifsud.

Skont tvm.com.mt Darmanin Demajo ħabbar dan ftit minuti ilu biss. 

Għalkemm xejn għadu mhux uffiċjali jidher li ż-żewġ favoriti biex jikkontestaw huma Chris Bonnett, avukat, eks-Viċi President tal-MFA u impjegat tal-UEFA u Bjorn Vassallo, eks Segretarju ġenerali tal-MFA u impjegat tal-FIFA. 

More in Politika