L-AD tgħid li hija mħassba dwar proposti biex ħaddiema ma jitħallsux iktar fil-Ħdud

Il-Partit tal-Ħodor Malti jiltaqa' mal-General Workers' Union għall-okkażjoni ta' Jum il-Ħaddiema

Illum, għall-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, iċ-Chairperson ta’Alternattiva Demokratika mexxa delegazzjoni mill-partit fi żjara fil-kwartieri tal-General Workers’ Union, il-Belt Valletta.

Akkumpanjaw lil Carmel Cacopardo, li huwa ukoll kandidat ghall-Parlament Ewropew, Ralph Cassar, Segretarju Generali, Luke Caruana, PRO u Mina Tolu, kandidat ghall-Parlament Ewropew

Carmel Cacopardo spjega l-manifest ta’ Alternattiva Demokratika għall-Parlament Ewropew u kif il-Ħodor Ewropew jorbtu l-ġustizzja soċjali ma’ dik ekoloġika.

“L-Ewropa, u fiċ-ċokon tiegħu anke pajjiżna, jistgħu jkunu fuq quddiem fit-tranzizzjoni lejn ekonomija ħadra, bil-programm ‘Green New Deal’ jipproponi investiment li jiżgura li l-iżvilupp ekonomiku jibbenefika minnu kulħadd. Irridu xogħol li joffri għixien diċenti għal kulħadd," sostna Cacopardo.

Huwa sostna li d-diskors u l-politika li tkabbar l-ekonomija bit-tama li dak li jaqa’ minn fuq il-mejda jasal għand il-ħaddiema "ma naqblux magħha. Għandna bżonn politika industrijali lokali u Ewropea, għax li niddependu wisq fuq servizzi finanzjarji, kumpaniji fantażma u l-logħob tal-azzard huwa ta’ periklu għall-istabilita’ ekonomika ta’ pajjiżna. Imħassbin ukoll bi proposti bħal dawk tal-MHRA li minflok itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol innaqqru l-pagi anke f’setturi magħrufin għall-pagi baxxi.”

“Ninnotaw li l-GWU, bħal kull union," qal iċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika taħdem kontinwament biex ikunu indirizzati kwistjonijiet ta' kundizzjonijiet ħżiena ta’ ħaddiema kemm Maltin, kif ukoll barranin, u fuq l-ħaddiema li jaħdmu f’istituzzjonijiet tal-Gvern imma huma ħaddiema tal-kuntrattur, eżempju fl-isptarijiet."

More in Politika