Id-Dwana taqbad 'il fuq minn 3,000 sigarett tal-kuntrabandu

Dan apparti mijiet oħra ta' fliexken ta' xorb, kemm alkoħoliku u anke xorb normali li fuqu ma tħallasx dazju

Wara li l-ġimgħa li għaddiet, uffiċjali tad-Dwana wettqu 23 spezzjoni f’diversi negozji fil-Gżira, Ħal Qormi, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Belt Valletta u Raħal Ġdid, ġew ikkonfiskati diversi prodotti tal-kuntrabandu.

Fost dawn, l-uffiċjali tad-Dwana qabdu:

  • 3,580 sigarett tal-kuntrabandu,
  • 14-il kilo ħaxixa tat-tabakk,
  • 272 flixkun xorb alkoħoliku,
  • 221 flixkun inbid,
  • 1,230 flixkun b’xorb mhux alkoħoliku; u
  • 2,393 baskett tal-plastik

Fi stqarrija, id-Dwana avżat lis-sidien kollha u lil dawk kollha li jimportaw jew ibiegħu l-prodotti biex jassiguraw li n-negozju tagħhom jkun skont il-liġi waqt li saħqet li d-Dipartiment mhu se jittollera l-ebda ksur.

More in Politika