Il-Qatar Airways se tibda topera titjiriet diretti kuljum bejn Malta għal Doha

It-titjiriet se jibda mill-4 ta’ Ġunju li ġej u jkomplu wkoll erbat ijiem fil-ġimgħa fix-xhur tax-xitwa

Il-Qatar Airways se jibdew joperaw titjiriet minn Malta għal Doha mill-4 ta' Ġunju li ġej.

Fi sqarrija, il-linja tal-ajru spjegat kif se tkun qed topera din it-titjira kuljum matul l-istaġun tas-sajf u erba' darbiet fil-ġimgħa fix-xitwa. 

Dan se jfisser, tkompli l-istqarrija, li l-Qatar Airways se żżid il-konnettivita tagħha għal Malta bħala parti min-network globali tagħha ta 'l fuq min 160 destinazzjoni.

Il-linja tal-ajru nediet ukoll sit ġdid għas-suq Malti, www.qatarairways.mt, bil-għan li l-passiġġiera Maltin ikunu jistgħu jibbukjaw it-titjiriet onlajn u jsibu l-aqwa titjira tagħhom.

F’kummenti dwar dan is-servizz, il-maniġer tal-linja tal-ajru għal Malta u l-Italja, Mate Hoffmann, qal li l-Qatar Airways tinsab sodisfatta ħafna li se tkun qed toffri dan is-servizz u li fi kliemu, minnu se jgawdu mhux biss dawk li se jkunu qed jivjaġġaw fuq btala, iżda anke għal dawk li jsiefru fuq xogħol jew negozju.

Preżentament, din il-linja tal-ajru għandha xejn inqas minn 250 ajruplan. 

L-iskeda tat-titjiriet:

Doha (DOH) għal Malta (MLA) QR381 titlaq 01:05 u tasal 06:45 (It-Tnejn, l-Erbgħa, il-Ġimgħa u l-Ħadd)  

Malta (MLA) għal Doha (DOH) QR 382 titlaq 09:20 u tasals 15:55 (It-Tnejn, l-Erbgħa, il-Ġimgħa u l-Ħadd)  

Doha (DOH) għal Malta (MLA) QR383  titlaq  08:05 u tasal 13:25 (It-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt)  

Malta (MLA) għal Doha (DOH) QR384 titlaq 17:45 u tasal  00:20 +1 (It-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt)  

More in Politika