Muscat jgħid li l-Labour qed iressaq numru rekord ta' kandidati għall-elezzjonijiet lokali

24% tal-kandidati, li jlaħħaqu mal-400, huma nisa

Il-kandidati Laburisti għall-elezzjnijiet lokali
Il-kandidati Laburisti għall-elezzjnijiet lokali

Il-Partit Laburista se jkun qed iressaq madwar 400 kandidat għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se jsiru fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex. Din hija l-ewwel darba li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali se jsiru kollha f'daqqa hekk kif saru tibdiliet mill-Gvern preżenti. Kien deċiż ukoll li ma jibqgħux isiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Amministrattivi f'rħula żgħar bħal Burmarrad, Bubaqra u Paeville. 

Fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li dan huwa l-akbar grupp ta' kandidati li qatt ressaq partit f'elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. "Qegħdin nitolbu lill-Maltin u l-Għawdxin biex jagħżlu u jagħmlu ġudizzju minn fost dawn in-nies"

Muscat sostna li l-PL għandu tim divers ħafna, "għandna ħaddiema, żgħażagħ, persuni li jaħdmu għal rashom, kandidati inqas minn 18-il sena u għandna 24% tal-kandidati li huma nisa, terz minnhom ġejjin mill-programm Lead." Fakkar illi din hija żieda notevoli mill-15% ta' nisa li kien ħareġ fl-aħħar elezzjoni. 

"Għandna żieda drastika ta' kandidati Għawdxin u għandna kandidati f'kull lokalità, imferrxin madwar pajjiżna. Issa ejja naħdmu biex inġibu l-aħjar riżultat possibbli, imma wara l-25 ta' Mejju naħdmu għal-lokalità."

Il-Mexxej Laburista għamel referenza għall-kandidati b'diżabilità li se joħorġu f'isem il-PL."

Huwa appella lin-nies biex joħorġu jivvutaw u qal li huwa ta' swied il-qalb li "l-PN prova jċaħħad 130,000 persuna milli jivvutaw li kieku l-PL ma ppreżentax kandidati iktar milli hemm bżonn. Fejn issa għandna maġġoranza awtomatika m'aħniex se nkunu kompjaċenti."

Huwa fakkar illi l-PL se jkollu programm elettorali f'kull lokalità. 

 

More in Politika