Jinfetaħ ċentru speċjalizzat fil-kura tal-għajnejn

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura ċentru ġdid għall-kura tal-għajnejn fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana

Il-Ministru Chris Fearne
Il-Ministru Chris Fearne

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne inawgura ċentru ġdid għall-kura tal-għajnejn fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.

F’dan iċ-ċentru ta’ eċċellenza se jkunu offruti: screenings tal-għajnejn, klinika tar-refraction, screenings għall-glaucoma, klinika tal-glaucoma, kif ukoll klinika tad-diabetic retinopathy.

“Dan iċ-ċentru se jkun one-stop-shop għal min ikollu problema f’għajnejh, fejn pazjent fl-istess ġurnata se jkun jista’ jagħmel diversi testijiet. Dan iċ-ċentru speċjalizzat huwa wieħed minn katina wiesgħa ta’ servizzi fil-qasam tal-kura primarja. Din il-ġimgħa stess nedejna Wellbeing Centre fl-MCAST, filwaqt li għaddejjin minn proċess fejn qegħdin insebbħu u nżiedu s-servizzi fil-bereġ fil-komunità”, qal id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

Matul is-sena li għaddiet kien hemm madwar 14,000 pazjent li rrikorra fiċ-ċentri tas-saħħa għal xi servizz relatat mal-kura tal-għajnejn. 

 

 

More in Politika