Żewġ persuni arrestati wara mewġa ta' serq minn vetturi

Iż-żewġ persuni qed ikunu suspettati li serqu diversi vetturi fl-inħawi ta' Delimara u Saint Peter's Pool

Żewġ persuni ġew arrestati mill-Pulizija wara sensiela ta' serq minn vetturi fl-inħawi ta' Delimara u Saint Peter's Pool.

L-arresti seħħew ilbieraħ waranofsinhar wara diversi ġranet ta' osservazzjoni.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat kif wara l-arrest taż-żewġ persuni sare tfittxija fil-vettura li kienu qed jużaw u li fiha nstabu diversi oġġetti misruqa.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ filwaqt li huma mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

More in Politika