‘Dan il-qtil kien tebgħa fuq ir-raħal tagħna ta' Birżebbuġa’

Il-Kappillan ta' Birżebbuġa jwissi lill-kongregazzjoni kontra l-mibgħeda lejn dak kollu li huwa differenti 

Waqt iċ-ċelebrazzjoni solenni tal-Adorazzjoni tas-Salib li saret nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar, il-Kappillan ta’ Birżebbuġa Dun Anton Galea Scannura, għadda messaġġ qawwi kontra l-mibgħeda filwaqt li wera s-sogħba tiegħu għall-qtil ta’ immigrant f’din il-lokalità.

Galea Scannura sostna illi l-qtil kiesaħ u biered ta’ raġel mill-Kosta tal-Ivorju huwa “tebgħa u daqqa għal-lokalità ta’ Birżebbuġa”.

Huwa wissa lill-kongregazzjoni quddiemu kontra l-mibgħeda lejn dak kollu li huwa differenti u fakkar fl-importanza tal-imħabba lejn għajrna, hu min hu.

Kliem Dun Galea Scannura jiġi wara li fil-lejl bejn is-6 u s-7 ta’ April immigrant ta’ 42 sena li jgħix fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far miet b’tir f’rasu filwaqt li żewġ immigranti mill-Gana sfaw feruti.

Il-Pulizija għadhom qed ifittxu lill-persuna jew persuni responsabbli għal dan il-qtil.

More in Politika