'Kieku jistgħu il-PN lanqas elezzjonijiet ma jagħmlu fis-south' - Muscat

Muscat jelenka lista ta' lokalitajiet fejn il-PN "lagħab logħba u ma ħariġx biżżejjed kandidati", fosthom Ħal Qormi

Adrian Delia u Joseph Muscat
Adrian Delia u Joseph Muscat

Meta kien qed jitkellem ilejla f'Ħal Tarxien Joseph Muscat għamel referenza għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u qal illi l-PN ma ppreżentax biżżejjed kandidati fil-Lokalitajiet tal-Birgu, Bormla, Fgura, Kalkara, Marsaxlokk, Marsaskala, Ħal Kirkop, Ħal Qormi, Sannat, Ta' Xbiex, Ħaż Żabbar, Żejtun, Ħal Luqa, Ħal Għaxaq u Żurrieq.

"Kieku jista' fis-south ma jsirux elezzjonijiet, mhux ta' b'xejn ħallew din il-parti ta' Malta taqa' biċċiet." 

Huwa qal illi l-fatt li ħaddieħor (PN) ma kienx lest li jkollu biżżejjed kandidati u allura ma jħallix jivvutaw, iktar u iktar għandu jħeġġeġ lin-nies biex joħorġu jivvutaw. 

                                                         Ara wkoll x'qal f'Ħal Tarxien dwar il-ħidma tal-Gvern li jmexxi

More in Politika