'Daqshekk bulls**t dwar l-ambjent ... m'għadx fadlilna ħin x'naħlu'

Kandidata għall-elezzjoni ta' Mejju u ambjentalista tgħid li l-'countdown' għall-ambjent f'pajjiżna ilu li beda...

"Bħala għaddasa u ambjentalista, naf sew kemm huma gravi l-kwistjonijiet marbutin mal-qerda ambjentali, jiena dawn il-problemi mhux naqra dwarhom imma qed narahom kuljum. Naf x'hemm bżonn isir u ma tantx għad fadlilna żmien biex noqgħodu nilgħabu, speċjalment logħob partiġġjan. Il-'countdown' għall-ambjent beda ħafna żmien ilu." Hekk sostniet Cami Applegren, ambjentalista, membru ta' Clean Up Malta u kandidata tal-Partit Demokratiku għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. 

Hi sostniet illi Malta għandha bżonn persuni li se jiffaċċjaw il-kwistjonijiet reali tal-pajjiż, bħad-degredazzjoni tal-ambjent. 

"Sfortunatament naf illi ħafna minn dawk fil-poter jibżgħu jitkellmu minħabba voti. Dan għalija huwa sinjal li dawn għal flus qegħdin hemm, mhux għall-passjoni."

"Jiena ma nibżax," qalet filwaqt li sostniet illi l-ambjent għandu jkun protett għall-ġenerazzjonijiet tal-futur.

'Daqshekk skużi. Daqshekk bulls**t," sostniet.

More in Politika