Qorti | 'Konrad Mizzi jgħid li hu innoċenti imma ma jridx ikun investigat' - Jason Azzopardi

Fil-Qorti, fejn Konrad Mizzi qed jgħid illi t-talba biex ikun investigat tiksirlu d-drittijiet, Manuel Delia jsostni li t-tattika tal-Gvern hija li taqta' qalb dawk li qed ifittxu l-verità

Konrad Mizzi
Konrad Mizzi

Fil-Qorti illum baqa' jinstema' l-każ kontra l-Ministru Konrad Mizzi li qed jgħid illi t-talba tal-għaqda 'Repubblika' biex ikun investigat dwar il-każ tal-Panama tiksirlu d-drittijiet. Manuel Delia attivist ta' Reppublika, u sid ta' blog sostna illi l-Gvern qed juża tattika partikolari f'dan il-każ biex il-verità ma toħroġx. 

"L-oġġettiv finali huwa li jridu lil kulħadd jaqta' qalbu. M'għandix għalfejn ngħid li din mhux se taħdem," sostna Delia mal-maltatoday.com.mt. Hu qal illi dan il-pajjiż wasal f'punt fejn Ministru tal-Gvern qed jgħid illi r-rikjesta biex ikun investigat qed tiksirlu d-drittijiet.

L-avukat ta' Repubblika, d-Deputat tal-PN Jason Azzopardi  sostna illi l-argument tal-klijenti tiegħu huwa li Konrad Mizzi huwa korrott u qed jixxaħħam u li qed jipprova jwaqqaf inkjesta li mhux vera se taffetwalu d-drittijiet ... il-Ministru ma jridx ikun investigat anke jekk qed jgħid li hu innoċenti."

Jason Azzopardi
Jason Azzopardi

More in Politika