Jitilgħu għal 290 il-persuni mejta wara l-mewġa ta' splużjonijiet fi Sri Lanka

L-isplużjonijiet nhar Ħadd il-Għid kellhom fil-mira tagħhom diversi knejjes u lukandi lussużi

Ritratt | Reuters
Ritratt | Reuters

Telgħu għal 290 il-persuni mejta wara s-sensiela ta’ splużjonijiet li seħħew ilbieraħ fi Sri Lanka, kemm fi knejjes u anke f’lukandi lussużi.

Skont il-pulizija, 24 persuna ġew arrestati iżda għadu mhux magħruf min kien il-moħħ wara dawn l-attakki.

Apparti dawk mejta, 500 persuna weġġgħu u fost il-mejta hemm 35 persuna barranija.

Ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Ranil Wickremesinghe, viżibiliment kommoss, saħaq li l-forzi tas-sigurtà kellhom informazzjoni dwar possibbilità ta’ attakki iżda saħaq li ma ttieħdu l-ebda passi dwar dawn.

More in Politika