'M'għandhomx rapport wieħed fuq il-mina, imma vvotaw xorta' - Cassola

Arnold Cassola jċanfar lid-Deputati li vvutaw favur il-mina u jgħid li għamlu dan  meta ma kellhom xejn f'idejhom

Arnold Cassola
Arnold Cassola

Il-kandidat indipendenti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Mejju Arnold Cassola akkuża lid-Deputati Parlamentari illi vvutaw ilbieraħ dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, illi għamlu dan mgħammda għax ma kinux jafu fuq xhiex qed jivvutaw, 

"M'għandhomx ir-rapporti ġeoloġiċi sħaħ, m'għandhomx ir-rapporti arkeoloġiċi, m'għandhomx ir-rapporti tal-impatt ambjentali, m'hemmx rapport tal-vijabilità ekonomika u l-ebda rapport tal-impatt soċjali fuq in-nies tal-Manikata, imma taw vot fl-għami," sostna Cassola. 


 

More in Politika