L-UE tapprova proġett ta' €130 miljun għal titjib tal-ilma fil-gżejjer Maltin

Il-proġett jħaddan numru ta’ ideat u inizjattivi li jkopru mina bejn Pembroke u Ta’ Qali ... 

Proġett ewlieni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewwa Għawdex li hu ffinanzjat mill-UE kien approvat uffiċjalment illum. Dan il-progett li jlaħħaq mal-€130 miljun fih ħafna aspetti differenti li flimkien ser itejbu l-kwalita’ tal-ilma fil-Gżejjer Maltin.

L-impjant ġewwa Ħondoq Ir-Rummien se jkun installat f’bini eżistenti u b’hekk ikun evitat kwalunke impatt fuq l-ambjent. Dan ser jipproduċi ilma ta’ kwalita’ eċċellenti għal Għawdex iżda l-pjan hu, li meta jinqala’ l-bżonn dan ikun jista jforni lil Malta wkoll permezz ta’ kanna eżistenti taht il-baħar.

Iżda minkejja dan kollu dan il-proġett jħaddan numru ta’ ideat u inizjattivi li jkopru mina bejn Pembroke u Ta’ Qali, titjib fl-impjanti tar-reverse osmosis, xogħlijiet fuq l-infrastruttura tad-drenaġġ, il-ġibjuni u xogħlijiet oħrajn. Dawn kollha jikkumplimentaw lill xulxin u huma parti mill-proġett Net Zero Impact Utility li hu maħsub għal ilma ta’ kwalita’ aħjar, bi spejjeż inqas, u b’inqas impatt fuq l-ambjent.

Ic-ċerimonja infetħet mill-Kap Ezekuttiv tal-KSI Richard Bilocca li ta diversi dettalji fuq il-progress s’issa. Tkellmu ukoll il-Kumissarju Ewropew Karmenu Vella, il-Ministru tal-Energija u Ilma Joe Mizzi, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri. 

Ta’ interess partikolari kienet il-konferma ta’ JASPERS li dan il-proġett huwa meqjus bħala wieħed li jħaddan l-aħjar prattiċi u metodi. Il-Jaspers hija sħubija bejn il-Kumissjoni Ewropea, il-Bank l-Ewropej tal-Investment (EIB) u l-Bank Ewropej għaż-żvilupp tar-regjuni (EBRD). Hi tagħti assistenza teknika biex pajjiżi jippreparaw l-applikazzjonijiet għall-fondi Ewropej f’progetti kbar u ta’ ċerta statura.

Waqt dan l-avveniment tkellmu ukoll Michelle Piccinino u Manuel Sapiano mill-agenziji ERA u l-EWA rispettivament.

More in Politika