Malta tinżel 12-il post fil-lista ta' libertà tal-istampa ... jingħad li hawn klima 'oppressiva'

Malta tinżel fis-77 post fil-lista li titratta l-libertà tal-istampa

Ġurnalisti li kienu attendew dimostrazzjoni sigġat wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia | Ritratt James Bianchi
Ġurnalisti li kienu attendew dimostrazzjoni sigġat wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia | Ritratt James Bianchi

Fil-lista ppublikata minn 'Reporters without Borders' Malta Niżlet 12-il post  fir-rigward tal-libertà tal-istampa u allura l-libertà tal-midja, ġurnalisti, opinjonisti u aktar. Maltakienet diġa niżlet 18-il post is-sena l-oħra, ftit xhir biss wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia li kien irrapportat fl-aħħbarijiet internazzjonali.

Malta għalhekk ġiet fis-77 post bit-tielet l-akbar tnaqqis fil-libertà tal-istampa fl-Unjoni Ewropea, wara s-Serjbja u l-Maċedonja. 

Ir-rapport dwar Malta huwa pjuttost skjaċċanti u jgħid illi f'pajjiżna hawn klima "inkwetanti" u "oppressiva". Ir-rapport ikkritika wkoll dak li sejjaħ bħala teknika magħmula biex tkisser ir-riżorsi tal-midja, f'referenza għal kawżi miftuħin barra mill-pajjiż u allura li jiswew ħafna flus (SLAPP)

                                     Ara hawn x'kien qal Jason Azzopardi mal-ILLUM dwar l-iSlapp 

                      Ara hawn l-istorja tal-iSlapp li l-Bank Pilatus ried illi jiftaħ kontra Daphne Caruana Galizia

Ir-rapport semma wkoll in-nuqqas ta' progress fl-investigazzjoni fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. S'issa għadhom kienu arrestati persuni akkużati bil-qtil tagħha għalkemm għadu mhux magħruf jekk dawn kieneux il-moħħ wara dan il-qtil. 

More in Politika