Il-PN għadda 1,250 kont tad-dawl u l-ilma lill-Arms ... jgħid li 80% minnhom kellhom żball

Il-Viċi Kap tal-PN David Agius jgħid illi l-kontijiet kellhom żbalji li jvarjaw minn ftit ewri għal mijiet

Persuni għadhom qed imorru d-Dar Ċentrali bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li huma ogħla minn suppost.

Il-PN bagħat madwar 1,250 kont tad-dawl u l-ilma ta' konsumaturi li stqarrew li qed jinsterqu, sostna l-Viċi Kap tal-PN David Agius. Hu qal li wara li kienu analizzati, madwar 80% kellhom żball. 

"Ftit kellhom diskrpanzi ta' ftit ewri imma oħrajn ta' mijiet," emfasizza Agius. "Qed inħeġġu lill-Gvern biex isolvi din il-problema u aħna lesti li ngħinu buiex il-konsumaturi ma jibqgħux jinsterqu."

Hu qal illi l-Oppożizzjoni trid li s-sistema ta' kontijiet li wieħed jista' jafda.

David Agius, flimkien mal-persuni preżenti għall-konferenza
David Agius, flimkien mal-persuni preżenti għall-konferenza

More in Politika