Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Żaren tal-Ajkla jitfa' n-nomina għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Fl-2014, Nazzareno Bonnici kiseb 1,216-il vot

Albert Gauci Cunningham / 17 t'April 2019 12:33
Nazzareno Bonnici, magħruf aħjar bħala Żaren tal-Ajkla
Ilbieraħ kienet l-ewwel ġurnata illi fiha bdew jintlaqgħu in-nomini għal dawk li mistennijin jikkontestaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f'Mejju li ġej. Fost dawn kien hemm Nazzareno Bonnici magħtruf aħjar bħala Żaren tal-Ajkla, li fl-aħħar elezzjoni saħansitra għamel mass meeting il-Birgu li għalih attendew ammont sabiħ ta' nies. 

Minkejja li mhux ħafna, Żaren xorta kiseb 1,216-il vot fl-2014. 

Tefgħu n-nomina wkoll Norman Lowell f'isem Imperium Europa, Arnold Cassola u Stephen Florian bħala kandidati indipendenti. Martin Cauchi Inglott kien l-unika persuna li tefa' n-nomina f'isem il-Partit Demokratiku filwaqt li Josef Caruana u Fleur Vella tefgħu n-nomina f'isem il-Partit Laburista. 

F'isem il-Partit Nazzjonalista tefa' n-nomina Micheal Brigiuglio. 

 

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook