Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Jogħlew u jibqgħu jogħlew ... il-prezzijiet tal-ikel l-iktar li jiżdiedu f'Marzu

Il-prezzijiet tal-ikel ikomplu jogħlew, skont l-istatistika tal-NSO, u l-prezzijiet tal-edukazzjoni u l-prezzijiet tal-għamara, manutenzjoni u tagħmir tad-dar raħsu

Albert Gauci Cunningham / 17 t'April 2019 11:41
Il-prezzijiet tal-ikel baqħu telgħin...
Il-prezzijiet tal-ikel u x-xorb non alkoħoliku komplew bix-xejra 'l fuq u fil-fatt, skont statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika, f'Marzu l-akbar żieda fl-inflazzjoni kienet fil-prezzijiet tal-ikel. 

Fil-fatt, l-indiċi tal-prezzijiet tal-ikel f'sena żdiedu min 105.76 f'Marzu tas-sena l-oħra għal 109.46 din is-sena. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel f'Marzu kienet ta' 3.5%. 

F'dawn l-aħħar xhur il-prezzijiet tal-ikel baqgħu telgħin u telgħin, kif fil-fatt irrapporta dan is-sit

It-tieni żieda kienet fil-prezzijiet tal-ilma, elettriku, gass u fjuwil b'żieda ta' 2.5%. 

Minn naħa l-oħra il-prezzijiet relatati mal-edukazzjoni u għamara, manutenzjoni u tagħmir tad-dar raw traħħis.

 

 

Albert Gauci Cunningham, 36 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook